Saturday, December 21, 2024

“Il-Gvern għandu pjan ċar kif se jkattar l-iżvilupp” – id-Deputat Laburista Jonathan Attard

Aqra wkoll

F’intervent fil-Parlament waqt diskussjoni dwar l-estimi ġenerali tal-Ministeru tal-Ekonomija u l-Industrija, id-Deputat Laburista Jonathan Attard qal li bil-budget 2022, il-Gvern qed juri li għandu pjan ċar fuq kif se jkattar l-iżvilupp ekonomiku u x-xogħol ta’ kwalità.

Qal li mhux ta’ b’xejn minn rapport tal-Bank Ċentrali ta’ Malta (Business Dialogue), 73 fil-mija tan-negozji u investituri qalu li komplew bil-pjanijiet tagħhom ta’ investiment kif skedat u dan minkejja l-pandemija.

Ekonomija

Sport