Persuni li jirrifjutaw li jibqgħu iżolati fi kwarantina fl-Ingilterra jistgħu jkunu qed jiġu mmultati madwar €11,000.
Mit-28 ta’ Settembru, skont il-liġi l-ġdida tal-pajjiż, dawk kollha li jirriżultaw pożittivi jew jiffurmaw parti minn cluster ta’ każ pożittiv huma ornati jinżammu iżolati.
Wara żieda fil-każi, dawn il-miżuri l-ġodda se jkunu qed jgħinu lill-batut tant li l-gvern se jkun qed jgħin lil dawk b’pagi baxxi b’pagament ta’ madwar €550 u se jkun qed irażżan l-abbuż ta’ dawk li jħaddmu persuni magħhom u jkollhom jieqfu temporanjament biex jinżammu iżolati.
Fl-aħħar sigħat fl-Ingilterra kienu rreġistrati 4,422 każ ġdid ta’ Covid-19 u 27 fatalità.