Friday, December 20, 2024

Il-Gvern Ingliż jgħid li f’pajjiżu mhux se jkun obbligatorju l-capping fuq il-prezzijiet tal-ikel essenzjali

L-esperti wissew li l-ikel li huwa għoli fil-prezz mistenni jaqbeż il-kontijiet tal-enerġija

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-pjan li jħeġġeġ lis-supermarkets sabiex jintroduċu limiti fil-prezzijiet (capping) fuq l-ikel essenzjali mhux se jkun obbligatorju fir-Renju Unit. Din l-informazzjoni ħarġet minn Ministru tal-Kabinett.

Dan hekk kif qegħdin jitfasslu proposti mill-Gvern li jimbuttaw lill-bejjiegħa bl-imnut sabiex jillimitaw l-ammont li jħallsu x-xerrejja għal oġġetti bażiċi, bħall-ħobż u l-ħalib. Din se tkun qiegħda tippermetti li s-supermarkets jagħżlu liema oġġetti jillimitaw fi skema li se tkun immudellata simili għal dak li qiegħed jiġri ġewwa Franza.

Meta mistoqsi dwar dawn il-proposti fuq programm internazzjonali, is-Segretarju tas-Saħħa Steve Barclay qal li jifhem li l-Gvern qiegħed jaħdem b’mod kostruttiv mas-supermarkets sabiex jindirizza t-tħassib reali tal-inflazzjoni dwar l-ikel u l-għoli tal-ħajja.

Barclay irrikonoxxa li n-negozji żgħar li huma mmexxija mill-familji fir-Renju Unit qegħdin ikunu taħt pressjoni sinifikanti. Huwa qal: “ Għandna problema ta’ inflazzjoni u r-raġuni għala għandna din il-problema hi minħabba 13-il sena ta’ falliment fejn ma investejniex f’enerġija sostenibbli. Irid ikun il-Gvern sabiex jieħu azzjoni u jrażżan l-inflazzjoni.”

F’Marzu ta’ din is-sena, ir-rata ta’ inflazzjoni fir-Renju Unit niżlet b’0.1%. Dan ħareġ minn ċifri ppublikati mill-Indiċi tal-Prezzijiet tal-Konsumatur tal-Inflazzjoni tal-pajjiż, li juri li ċ-ċifra ta’ April, kienet ta’ 8.7%. L-esperti wissew li l-ikel li huwa għoli fil-prezz mistenni jaqbeż il-kontijiet tal-enerġija.

Ekonomija

Sport