Sunday, December 22, 2024

“Il-gvern investa fil-korpi dixxiplinati, l-Oppożizzjoni tiftħilhom il-kwereli”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Inħares lejn ix-xogħol li jagħmlu u anke dak li sar differenti fl-aħħar ftit snin għax il-Forzi Armati ta’ Malta taqdi rwol speċifiku biex aħna nkunu siguri fuq l-art, fuq il-baħar jew fl-ajru. Il-Ministru Byron Camilleri qal dan waqt li kompliet id-diskussjoni dwar l-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja. 

Il-Ministru qal li għal diversi snin dawn il-ħaddiema kellhom il-paga tagħhom friżata u li anke b’paga miżera baqgħu jagħtu s-servizz tagħhom meta fil-privat kienu se jiġu trattati tajjeb ħafna.

Fakkar li fl-2013, il-gvern ta lil dawn il-ħaddiema d-dritt li jissieħbu f’Union u b’din is-sħubija rnexxielhom jaslu għal ftehim kollettiv li huma ferm kuntenti bih. Fost il-benefiċċji f’dan il-ftehim, is-suldati kollha sa grad ta’ maġġur ngħataw skala ogħla, ġiet introdotta l-40 siegħa ta’ xogħol u min jaqbiżhom jiġi kkumpensat biex b’hekk kien hemm żieda sostanzjali fid-drittijiet li jixraqilhom.

Il-Ministru Camilleri qal li fl-istess waqt li l-gvern kien qiegħed itejjeb il-kundizzjonijiet ta’ dawn il-ħaddiema, kien hemm membri mill-Oppożizzjoni li fetħu kwerela fil-konfront tagħhom. Deputati li spiċċaw weġġgħhom “b’giljottina fuq rashom wara li qdew lill-istat”. 

Il-Ministru Camilleri tkellem dwar miżuri importanti li implimenta gvern Laburista fosthom għal dawk li qabżu d-29 sena servizz. 

“Li se nagħtu extra milli wegħedna fil-manifest forsi ma stennewhiex għax dawn ma tantx kellhom gvernijiet li jagħtuhom drittijiet. Kien hemm persuna li kien qiegħed jistenna li jirtira li qalli li lanqas jaqbilli nirtira, jaqbilli nagħti s-servizz se nieħu dan l-allowance daqstant b’saħħtu”, kompla biex jispjega l-Ministru.

Huwa tkellem dwar wegħedna soċjali oħra importanti ħafna lil dawk li joffru s-servizz tagħhom minkejja kull sfida u periklu. Jekk sal-lum persuna kien imut qabel il-perjodu minn meta tkun intitolat għas-servizz sal-25 sena jew inkella mill-għeluq tas-servizz sal-età tal-irtirar statutorja kien qisu jintilef is-servizz. Il-Ministru semma’ ħaddiem li kien jaf li se jmut li staqsieh jekk martu meta kien sa jagħlaq għajnejh kienx se jkollha xi tip ta’ għajnuna. Huwa spjega li uffiċjal li jagħmel għaxar snin jew iktar u jmutu, l-armel jew armla tagħhom se jkunu qegħdin isibu din l-għajnuna. “Illum il-ħaddiema jagħrfu li dan il-gvern żamm il-wegħdiet tiegħu magħhom u li llum huma ferm iktar rispettati bi drittijiet u kundizzjonijiet aħjar”, tenna l-Ministru Camilleri.

Ekonomija

1 kumment

  1. Lill Onor.Gilio nfakru li il PN wara li l pulizija kienu jaghmlu l overtime ghamlu zmien twil lanqas thalsu ghalih.Fejn kien il pn u fejn kont int Onor Gilio.Dak iz zmien il pn tqammel mall pulizija?Issa qed tiddefendi lill korpi ghax taf li ma tista tihom xejn.Kien il PL biss li taghhom dak li bi dritt kienu hadmu ghalih.Hallina Onor Gilio stennejt hafna minnek meta rajt li sirt MP izda arrali

Comments are closed.

Sport