Il-Gvern irrefera għas-sentenza li ngħatat mill-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fil-15 ta’ Jannar 2025. F’din is-sentenza l-Qorti rrifjutat talbiet mill-Kunsill Lokali tal-Gżira fil-konfront tat-Tribunal għar-Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar fir-rigward ta’ permess maħruġ mill-Awtorità tal-Ippjanar biex pompa tal-petrol tkun rilokata fil-Ġnien tal-Kunsill tal-Ewropa fil-Gżira.
Minkejja kull proċess preċedenti, il-Gvern tenna l-pożizzjoni tiegħu li l-ebda art pubblika fil-Ġnien tal-Gżira mhija ser tiġi allokata biex fiha tkun rilokata l-pompa tal-petrol imsemmija.
Il-Gvern tenna l-pożizzjoni espressa minnu li l-Ġnien tal-Gżira għandu jservi bħala spazju miftuħ għat-tgawdija ta’ kulħadd.