Il-Prim Ministru Dr Robert Abela, waqt li kien qiegħed jattendi l-maratona ġbir ta’ fondi minn Puttinu Cares, ħabbar li l-Gvern kien qiegħed jagħti donazzjoni ta’ €50,000 mill-Fond tal-Kawżi Ġusti.
F’messaġġ qasir li għadda l-Prim Ministru reġa’ tenna l-importanza tal-għajnuna li jagħti l-poplu Malti u Għawdxi biex b’hekk il-pazjenti jkunu jistgħu jiffokaw fuq il-kura tagħhom.
Dr Abela qal li dan hu jum ta’ għaqda nazzjonali, bil-għan li jtejjeb il-ħajja ta’ dawk li jkollhom bżonn l-għajnuna.