Friday, May 10, 2024

Il-Gvern jirreġistra surplus ta’ €151.4 miljun

Aqra wkoll

Sal-aħar ta’ Frar li għadda, id-dħul tal-Gvern kien ta’ €1,182.7 miljun. Dan iffisser żieda ta’ €153.9 miljun meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet.

Dawn il-figuri nħarġu mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika fejn żied jgħid li l-akbar żieda ġiet irreġistrata mill-Income Tax. Hemm kien hemm żieda ta’ €124.8 miljun u mill-bolla b’żieda ta’ €34.6 miljun.

L-NSO jkompli jgħid li n-nefqa tal-Gvern sa Frar kienet ta’ €1,031.3 miljun li jfisser żieda ta’ €116.7 miljun aktar mis-sena li għaddiet. Fl-istess perjodu n-nefqa rikurrenti tal-gvern kienet tammonta għal madwar €928 miljun, żieda ta’ €89.4 miljun. Din iż-żieda kienet devota għaż-żieda għas-salarji tal-ħaddiema.

Fl-istess stqarrija jintqal li l-interessi fuq id-dejn kien jammonta għal €41.2 miljun, żieda ta’ €15.4 miljun meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena l-oħra.

Sport