Sunday, December 22, 2024

Il-gvern ma jaċċettax il-kundizzjonijiet ta’ Steward u se jidħol minnufih għat-tmexxija tal-Isptarijiet

Aqra wkoll

Il-Gvern ta’ Malta nnotifika lil Steward Malta li se jkun qed jagħmel ‘control step-in’ biex jieħu f’idejh l-operat tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, l-Isptar Karin Grech u l-Isptar San Luqa fi tranżizzjoni li m’għandhiex ikollha interuzzjonijiet.

Fi stqarrija maħruġa, il-Gvern ikkonferma li reġa’ nnotifika lil Steward Malta li ma kienx qed jaċċetta dak li qalet f’dik li sejħet bħala Termination Notice u minflok kiteb lil Steward Malta li l-‘control step-in’ u t-terminazzjoni se jsiru bil-kundizzjonijiet elenkati mill-Gvern. 

Filwaqt li spjega li dan se jkun ifisser li se jkun qiegħed jidħol minnufih għat-tmexxija tal-isptarijiet, il-gvern assigura lill-poplu rigward is-servizzi lill-pazjenti u l-impjiegi tal-ħaddiema kollha. 

L-istqarrija tal-gvern temmet tgħid li dawn il-passi qed isiru mingħajr preġudizzju għall-proċeduri li hemm quddiem il-Qrati Maltin iżda huma intiżi biex ikomplu jipproteġu l-interess tal-Gvern Malti u l-interess nazzjonali f’kull ċirkostanza.

Ekonomija

Sport