Saturday, December 21, 2024

“Il-gvern m’għandux jimponi kemm nagħmlu eżerċizzju jew kemm nieklu kaloriji kuljum”

Id-Deputat Prim Ministru jemmen li l-edukazzjoni hija l-aħjar metodu biex niġġieldu l-obeżità

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Nemmen u nifhem li l-edukazzjoni għandha tkun l-iżjed ħaġa importanti. Inħoss li l-gvern m’għandux jimponi bilfors li inti trid tagħmel siegħa eżerċizzju kuljum jew li ma tridx tiekol minn dan l-ammont ta’ kaloriji. Iva nemmen li iżjed ma noħorġu l-messaġġ li l-obeżità mhijiex xi ħaġa tajba għal saħħitna, iżjed innaqsu l-problema”. Iddikjara dan waqt li kien qiegħed iwieġeb għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne.

Id-Deputat Prim Ministru qal li l-obeżità hija waħda mill-problemi maġġuri li qiegħda taffaċċja d-dinja kollha fil-qasam mediku. Fearne qal li tant ilna nafu biha li sa ħames snin ilu waqt il-presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea waħda mill-prijoritajiet tal-gvern Malti kienet il-problema tal-obeżità fit-tfal. Il-Ministru qal li l-gvern għandu politika dwar l-obeżità u anke kumitat li jagħti pariri fuq l-obeżità, iżda li fl-aħħar mill-aħħar kollox jiddependi fuq l-istil ta’ ħajja li ngħixu, l-ikel li nieklu u l-eżerċizzju li nagħmlu. 

Ekonomija

Sport