Monday, October 13, 2025

Il-Gvern qed iwettaq pjan ta’ modernizzazzjoni li jħares lejn in-nies u lejn il-futur

Aqra wkoll

Id-Dokument ta’ qabel il-Budget 2026 juri viżjoni ċara li biha l-Gvern qiegħed imexxi trasformazzjoni infrastrutturali bla preċedent. Viżjoni mibnija fuq politika ta’ ġestjoni serja u fuq impenn li jsaħħaħ il-pajjiż minn ġol-qalba tiegħu. Din mhiex sempliċi ħidma ta’ kostruzzjoni jew titjib ta’ toroq imma viżjoni li tħares lejn kif Malta tista’ tikber b’mod sostenibbli, organizzata u b’saħħitha ekonomikament filwaqt li tipprovdi kwalità ta’ ħajja aħjar għaċ-ċittadini tagħna.

Proġetti li jsaħħu l-pajjiż

Il-proġetti infrastrutturali tal-Gvern qegħdin ibiddlu l-pajsaġġ ta’ Malta b’mod tanġibbli. Mill-ħidma ma tieqafx, id-Dokument ta’ qabel il-Budget 2026 jaċċenna għal diversi proġetti kbar li saru u oħrajn proposti. Fosthom imsemmi l-Proġett ta’ Msida Creek b’investiment ta’ €30 miljun, proġett li juri kif infrastruttura moderna tista’ toħloq bilanċ bejn il-mobilità u l-ħajja urbana. 

B’dan il-Proġett, hux biss qiegħed jiġi indirizzat wieħed mill-akbar punti ta’ konġestjoni tat-traffiku, iżda jsolvi l-problema tal-għargħar u qegħdin jinħolqu wkoll spazji pubbliċi li jagħmlu l-ħajja tan-nies aktar sigura u effiċjenti. 50% taż-żona se tkun iddedikata għall-mixi u għaċ-ċikliżmu b’aktar minn 300 metru ta’ kanal u infrastruttura moderna.

Proġett ieħor li jagħti aktar spazji u aċċessibbiltà għaċ-ċikliżmu u l-mixi huwa l-Connected Safer Active Mobility (CSAM) li jgħaqqad il-Belt b’mogħdijiet siguri. Wara s-suċċess fil-Ħamrun u l-Blata l-Bajda, il-Gvern se jespandi l-mogħdijiet sa Pietà-Floriana u Marsa-Paola. Dan żgur huwa pass lejn pajjiż aktar ekoloġiku u modern.

Il-pjanijiet għall-portijiet ta’ Valletta u Birżebbuġa qegħdin isaħħu r-rwol strateġiku ta’ Malta fil-kummerċ u fit-turiżmu marittimu, kif ukoll jattiraw investiment ġdid f’settur li ilu jservi ta’ pilastru ekonomiku għall-pajjiż.

Mentri, il-proġett soċjali ta’ Vjal Kulħadd ta bidu għal dehra ġdida innovattiva lit-toroq residenzjali f’diversi lokalitajiet, b’enfasi fuq is-sigurtà, l-aċċessibbiltà u l-organizzazzjoni urbana. Din hija infrastruttura li tirrispetta l-ħtiġijiet ta’ kuljum tan-nies li ġġib titjib fit-toroq residenzjali. Tintroduċi “traffic calming measures” li tagħti aċċessibilità għal kulħadd u żoni aktar siguri għat-tfal u għall-anzjani tagħna.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport