Friday, December 13, 2024

“Il-gvern qed jiffoka fuq il-billboards aktar milli fuq il-problemi”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt d-diskussjoni b’rabta mal-abbozz ta’ liġi li se jkun qiegħed jirrikonoxxi r-reat ta’ femiċidju fil-kodiċi kriminali ta’ pajjiżna li seħħet illejla fil-parlament kompliet toħroġ id-distinzjoni bejn il-partiti l-kbar. 

Fid-diskors tiegħu l-Prim Ministru Robert Abela kien ċar dwar il-fatt li ma xtaqx jippolitiċizza dwar dan is-suġġett, iżda min-naħa l-oħra l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech tkellem mod ieħor.

Grech qal li “Għandna gvern li huwa interessat biss li jipprova jgħatti xturu jew jiskurja punti politiċi. Gvern li huwa reattiv u li jiffoka biss fuq il-billboards aktar milli jiffoka fuq problemi li qegħdin naffaċċjaw bħala soċjetà.”

Ekonomija

Sport