Friday, November 15, 2024

Il-gvern qed jinvesti miljuni ta’ ewro f’ħaddiema li jkomplu jistudjaw

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-isfidi bħala gvern qatt ma qatgħulna qalbna milli nkomplu naħdmu favur il-progress ambjentali, dak ekonomiku u soċjali. Sostniet dan il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriżi waqt li temmet id-diskussjoni parlamentari dwar r-rapport annwali dwar l-Iżvilupp Sostenibbli. 

Il-Ministru Dalli saħqet li dan huwa suġġett li l-gvern qiegħed jieħu b’serjetà kbira u konferma ta’ dan kienet il-parteċipazzjoni attiva mid-deputati fuq n-naħa tal-gvern. Żiedet tgħid li l-gvern qiegħed jara li l-miżuri li qiegħed iressaq u jippreżenta, jkunu allineati mal-istess viżjoni li se twassal biex pajjiżna jilħaq in-newtralità tal-klima fl-2050.

Min-naħa l-oħra l-Ministru nnutat dwar il-parteċipazzjoni tal-membri min-naħa l-oħra tal-Kamra li bħal donnhom kantaw mill-istess karta sakemm f’xi punti partikolari daħħlu l-kelma sostennibbiltà għax bħal donnhom ftakru dwar xiex qegħdin jitkellmu.

Il-Ministru Dalli fakkret fl-inċentivi li l-gvern qiegħed joffri biex flimkien mal-intrapriżi jimxi l-mixja li hemm bżonn biex tiżdied is-sostenibbiltà.

Tkellmet ukoll dwar kif il-Malta Enterprise qiegħda tgħin fit-taħriġ tal-ħaddiema billi jgħinu lis-sidien jinvestu fil-work force tagħhom. Iżda mhux biss, hemm għajnuniet bħalma hija l-Get Qualified Scheme fejn kważi mat-8,000 persuna komplew jistudjaw filwaqt li qegħdin jaħdmu u l-gvern tagħhom ’il fuq minn €13-il miljun lura biex jagħmel tajjeb għall-ispiża tal-kors li jkunu segwew.

Filwaqt li kompliet telenka diversi proġetti oħra li qegħdin ipoġġu lil Malta ‘l fuq fil-lista tal-pajjiżi li fihom tista’ tinvesti b’mod sostenibbli u b’serħan il-moħħ.

Hija temmet tappella għal ħidma id f’id sabiex tissaħħaħ il-ħidma li ġġib l-iżvilupp, ekonomiku, soċjali u ambjentali flimkien għaliex it-trawwim ta’ dawn il-prinċipji ewlenin se jiżguraw pedamenti sodi.

Ekonomija

Sport