Friday, December 13, 2024

“Il-Gvern se jagħmel dak kollu possibbli biex jilqa’ għal kull xokk fil-prezzijiet li jista’ jkun hemm”

Aqra wkoll

Fid-dawl tal-iżviluppi fl-aħħar sigħat dwar l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna, tkellem ukoll il-Ministru Clyde Caruana fejn qal li s’intendi xi ħaġa bħal din ikollha riperkussjonijiet fuq diversi affarijiet madwar id-dinja fosthom il-prezz tal-gass u taż-żejt.

Filwaqt li qal li qed isegwi dak li qed jiġri, il-Ministru Caruana żied jgħid:  “Irrid nassigura li l-Gvern se jkun qed jagħmel dak kollu possibbli biex kwalunkwe xokk fil-prezzijijet li jista’ jkun hemm internazzjonali, il-Gvern kif diġà għamel, ikun qed jilqa’ għalih.”

“B’dan il-mod nassiguraw li bl-ebda mod l-ekonomija Maltija ma tkun milquta speċjalment il-but tal-familji Maltin u Għawdxin,” temm jgħid. 

Ekonomija

Sport