Sunday, December 22, 2024

Il-Gvern se jgħin b’mod finanzjarju biex jinxtara r-Robotic Aid Training System lil Kate

Il-Prim Ministru Robert Abela u martu Lydia jiltaqgħu ma' Kate u l-familja tagħha

Aqra wkoll

Kate, it-tifla li għal ġimgħat sħaħ kienet tinsab tieħu l-kura fi sptar fil-Polonja, ilbieraħ kellha laqgħa mal-Prim Ministru Robert Abela u ma’ martu Dr Lydia Abela.

Fuq il-profil tagħha tal-midja soċjali Kate kitbet li apprezzat ferm li l-Prim Ministru sab il-ħin biex jiltaqa’ magħha u mal-familja fejn setgħu jirrakkontaw l-istorja tagħhom.

“Tawna l-aħbar sabiħa li b’finanzjament ukoll mill-Gvern se nkunu qed nilhqu is-somma meħtieġa u b’hekk ha nkunu nistgħu nixtru r-Robotic Aid Training System (Trexo robotic walker) li se jgħin lit-tifla tagħna timxi,” inkiteb fuq il-profil ta’ Kate.

Il-familja ta’ Kate rringrazzjat lill-Ministru Byron Camilleri u anke lill-uffiċjali tal-LESA għal appoġġ kbir li qegħdin jagħtuhom. Irringrazzjaw ukoll lill-Agenzija Sapport, lill-Puttinu Cares u l- Malta Community Chest Fund li kienu t’għajnuna wkoll għal Kate.

Ma setax jonqos li l-familja tirringrazzjaw ukoll lil dawk l-individwi kollha li b’xi mod jew ieħor kienu ta’ għajnuna għal Kate biex tingħata l-aqwa kura posibbli.

Ekonomija

Sport