Friday, December 27, 2024

Il-gvern ta’ Sri Lanka b’miżuri drastiċi biex jikkumbatti n-nuqqas ta’ provvisti ta’ ikel

Aqra wkoll

Ġewwa Sri Lanka ġie ddikjarat stat ta’ emer­ġenza minħabba nuqqas kbir ta’ ikel. Dan seħħ hekk kif il-banek privati spiċ­­ċaw mingħajr kambju barrani biex jiffinanzjaw l-importazzjoni ta’ prodotti tal-ikel

Dan il-pajjiż fil-preżent għaddej minn kriżi ekonomika kbira, bil-President Gotabaya Rajapaksa kien sfurzat joħroġ ordni ta’ emerġenza biex tiġġieled kontra dawk li qed jaħżnu z-zokkor, ross u ikel essenzjali ieħor. Din l-ordni tati saħħa kbira lill-uffiċjali tal-pajjiż biex jieħdu l-ħażniet tal-ikel mingħand in-negozjati, u jarrestaw lil dawk li jkunu qed jipprovaw iżommu għalihom ħażniet ta’ dawn il-prodotti. Apparti hekk, il-gvern ikollu s-saħħa li jirregola l-prezzi­jiet. Rajapaksa ħatar lill-ogħla uffiċjal tal-armata biex jieħu ħsieb jattwa din il-miżura. 

Il-gvern kien sfurzat li jieħu azzjoni wara żieda sostanzjali fil-prezz taz-zokkor, ross, basal u patata. Dan kollu ħoloq problemi hekk kif minkejja li dan il-pajjiż jinsab taħt curfew minħabba l-Covid-19, barra l-ħwienet bdew jinġemgħu kjuwijiet kbar minħabba nuqqasi­jiet kbar fi provisti essenzjali oħrajn bħal trab tal-ħalib, pitrolju u gass li jintuża għall-fran. Ġara li hekk kif in-nuqqas ta’ provvisti beda jinħass, għadd ta’ negozjaturi bdew jaħżnu l-prodotti u jbigħu bl-għoli u b’hekk inħoloqt inkonvenjenza kbira għall-pubbliku. 

Ekonomija

Sport