Wara l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar il-konċessjoni mogħtija lil Vitals Global Healthcare mill-Gvern, is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u Whip tal-Gvern Andy Ellul sostna fil-Parlament li l-Gvern kien qiegħed jistieden lill-Oppożizzjoni biex f’din is-seduta jiddiskutu dan ir-rapport wara li jingħataw ftit ħin.
Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar qal li l-Oppożizzjoni taqbel li jiġi diskuss dan ir-rapport li fih 450 paġna imma saħaq li “l-affarijiet isiru b’mod serju fuq suġġett daqshekk serju” u għalhekk talbet li għada u pitgħada jkun hemm seduti allokati biex issir din id-diskussjoni.
Dlonk irribatta s-Segretarju Parlamentari Ellul li qal: “Din hija l-Oppożizjoni li jitkellmu fuq dan is-suġġett kuljum. Saħansitra kitbu ktieb fuq dan is-suġġett. U allura aħna bħala Gvern din hi l-ewwel opportunità u qed nistidnuhom jekk iridu biex illum stess niddiskutu dan ir-rapport.”
L-Onor. Cutajar wieġbu li qed jifhem li l-Gvern kien qed jirrifjuta li jkollna żewġ seduti ddedikati għad-diskussjoni. Dr Ellul iżda qal li l-Gvern kien qiegħed jistieden lill-Oppożizzjoni sabiex f’din is-seduta stess jiddiskuti dan ir-rapport.
L-Ispeaker Anġlu Farrugia, wara li sema’ liż-żewġ naħat, saħaq li ma kienx hemm qbil li kellha ssir diskussjoni llum u għalhekk ordna biex tkompli s-seduta parlamentari.
Intant, fir-rapport tiegħu l-Awditur Ġenerali sostna li t-trasferiment bejn il-Gvern u l-VGH sar bl-għaġġla. L-Awdturi sab li l-Kabinett tal-Ministru kien intalab biex japprova dan it-trasferiment wara li diġà kienet ingħatat l-awtorizazazzjoni mill-Ministeru għat-Turiżmu ta’ dakinhar u mill-Malta Industrial Parks.
Fir-rapport tiegħu l-Awditur Ġenerali meta tkellem dwar il-klawsola tal-mitt miljun ewro qal li l-Kabinett tal-Ministru kien ġie żgwidat mill-Ministru għat-Turiżmu li kien dak iż-żmien.
Innota wkoll li wara l-ħatra ta’ Prim Ministru ġdid fl-2020 din ġabet bidla fin-negozjati ma’ Steward Healtcare.
Ġie nnotat ukoll li wara ħafna negozjati l-Gvern imexxi minn Dr Robert Abela ddeċieda li ma tinbidilx il-konċessjoni.
L-Awditur Ġenerali filwaqt li qal li l-Gvern kien ħa parir parir tad-Dipartiment tal-Kuntratti u l-Avukat tal-Istat, dan seta’ ngħata aktar kmieni fil-proċess.
Meta rrefera għall-ħlasijiet li saru lil Steward Healthcare, l-Awditur Ġeneral ta spegazzjoni ta’ kif kważi nofs dawn il-ħlasijietm iktar minn mija u tminja u tmenin miljun ewro kienu pagi.
Qal li ħlasijiet oħrajn kienu marbutin mas-servizz li ngħataw fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u Karin Grech, bl-Awditur Ġenerali janalizza wkoll is-servizz li ngħata f’dawn l-isptarijiet.