Sunday, October 12, 2025

Il-Gvern tat-Taliban jikkonferma attakki ta’ “ritaljazzjoni” fuq il-fruntiera tal-Pakistan

Aqra wkoll

Il-Gvern tat-Taliban ikkonferma li attakka truppi Pakistani f’diversi postijiet muntanjużi fuq il-fruntiera tat-tramuntana.

Għad mhux ċar kemm kien hemm vittmi f’dik li l-Gvern tat-Taliban qed isejħilha “operazzjoni ta’ ritaljazzjoni”, wara li sostna li l-Pakistan kien kiser l-ispazju tal-ajru Afgan u bbumbardja suq ġewwa l-fruntiera tiegħu l-Ħamis li għadda.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru tal-Intern tal-Pakistan Mohsin Naqvi stqarr li l-attakki Afgani ma kinux “provokati” u li ntlaqtu wkoll persuni ċivili, filwaqt li wissa li l-forzi ta’ pajjiżu kienu lesti li jirrispondu għal kwalunkwe attakk.

Filwaqt li qal li “jikkundanna bil-qawwa” l-attakki tat-Taliban, Naqvi stqarr: “l-attakki mill-forzi Afgani fuq il-popolazzjonijiet ċivili huwa ksur sfaċċat tal-liġijiet internazzjonali.”

“L-Afganistan qed jilgħab logħba tan-nar u d-demm,” huqa qal f’kitba fuq X.

Kelliem militari Pakistani qal li se jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jissalvagwardjaw il-ħajjiet u l-proprjetajiet Pakistani.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport