Saturday, November 23, 2024

Il-Gwardja tal-Kosta Libjana tinterċetta dgħajsa b’400 immigrant; Din is-sena waqqfu aktar minn 3,000 immigrant

Aqra wkoll

Il-Gwardja tal-Kosta Libjana interċettaw dgħajsa b’400 immigrant abbord li setgħet spiċċat fl-ibħra Maltin. Qal dan il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo f’kumment li għamel dalgħodu.

Filwaqt li ringrazzja l-awtoritajiet Libjani għall-isforzi tagħhom fil-ġlieda kontra t-traffikat tal-bnedmin, il-Ministru Bartolo tenna li mill-bidu tas-sena iżjed minn 7,000 persuna ntbagħtu fuq id-dgħajjes biex jaqsmu l-Mediterran, li minnhom il-Gwardja tal-Kosta Libjana ġabret lura iżjed minn 3,000.

Żied jgħid li l-Gvern malti beda jibni relazzjonijiet tajbin mal-Gvern libjan li huwa rikonoxxut mill-Ġnus Magħquda. “Mal-Libja rridu naħdmu biex inkissru ċ-ċrieki ta’ kriminalità organizzata mifruxa mal-Libja kollha li jmexxu t-traffikar u l-kuntrabandu tal-bnedmin,” tenna l-Ministru, filwaqt li rrikonoxxa li tali ħidma mhijiex waħda faċli.

B’referenza għall-pandemija tal-Covid-19 u l-impatt negattiv li qed tħalli fuq il-pajjiżi kemm Afrikani u kif ukoll dawk Ewropej, b’telfien ta’ miljuni ta’ impjiegi, Bartolo qal li se jsir ħafna iżed diffiċli biex il-pajjiżi iżjed żviluppati jaċċettaw iżjed immigranti għandhom għax huma stess se jkunu qed jibnu l-ekonomiji tagħhom mill-ġdid u jridu joħolqu impjiegi ġodda għaċ-ċittadini tagħhom.

Sport