Tuesday, December 24, 2024

“Il-gwerer ifakkruna li l-umanità għadha m’abbandunatx il-vjolenza u l-atroċità”

- il-President Myriam Spiteri Debono

Aqra wkoll

“It-tbatija tal-poplu fil-Lvant Nofsani kif ukoll il-gwerra fl-Ukrajna jservu ta’ tfakkira li l-umanità għadha ma abbandunatx il-vjolenza u l-atroċità.” Qalet dan il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono meta kienet il-mistiedna speċjali tal-fergħa tal-Malta George Cross tar-Royal British Legion li kkommemorat it-82 anniversarju mill-Operation Pedestal.

Il-President qalet li biex inkunu denji ta’ missirijietna, u t-tbatija tagħhom ma tkunx moħlija, il-ġenerazzjonijiet Maltin tal-lum, irrispettivament miċ-ċokon u r-riżorsi tagħna għandhom dmir kostituzzjonali li jaħdmu għall-armonija u l-paċi b’mod attiv.
“Dan kollu f’dinja li qed tara qawmien mill-ġdid ta’ tbatija umana, brutalità mill-bnedmin kontra l-bnedmin, u anke hemm min qed jirrikorri għall-armi tal-gwerra minflok id-diskussjoni u d-djalogu bħala għodda biex tinkiseb u tinżamm il-paċi,” tenniet il-President.

“Illum, hekk kif qed infakkru t-82 anniversarju mill-Operation Pedestal, niċċelebraw ukoll l-istamina u r-reżiljenza tal-poplu Malti u l-Forzi Ingliżi u niftakru fil-ħajjiet u t-tamiet imċaħħda milli jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom u ta’ dawk li mietu fil-proċess tal-ġlieda għar-rebħa.”

Ekonomija

Sport