Wednesday, March 11, 2026

Il-gwerra fl-Iran… se jkollha impatt fuq l-ispiża marbuta ma’ trasport u loġistika

- operatur tat-trasport

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Dak li għaddej fil-Golf Għarbi qegħdin insegwuh b’interess qawwi. Bl-ebda mod ma nista’ ngħidlek li mhux se jkun hemm impatt. L-effett qiegħed hemm diġà u aktar ma jtul aktar se jinħass. Neskludi kompletament li se jkun hemm xi effetti fuq provvisti ta’ ikel jew materja prima. Bħala pajjiż hawn ħażniet ta’ provvisti sostanzjali. Ma’ nara ebda problema minn dak il-lat. Il-problemi li qegħdin naraw huma l-impatt fejn jidħlu l-ispejjeż konnessi mat-trasport. Diġa kienu qegħdin jogħlew. Il-mod kif tiela’ l-prezz taż-żejt u l-previżjonijiet li hemm, li dan jista’ jilħaq $130 u $140-il barmil, ikollu effett negattiv. Tinsiex aħna gżira u kollox irid jasal hawn bil-baħar jew bl-ajru.  Bħala operaturi inkunu f’kuntatt kontinwi ma’ kumpaniji u operaturi barranin fl-Ewropa u pajjiżi terzi. L-impatt diġa qiegħed jinħass hemm.”

Dan iddikjarah ma’ L-ORIZZONT, imprenditur fil-qasam tat-trasport meta mitlub jikkummenta dwar jekk il-kunflitt fl-Iran u l-impatt tiegħu fuq l-operaturi.  Jibda jurina l-prezzijiet kif qed jogħlew u kif telgħin ‘lfuq  u jgħid li “ż-żieda fil-prezzijiet tal-fjuwil, li jien ħsibt li se tkun ħafna akbar kif faqqa’ l-kunflitt, diġa qiegħda tibda tolqot it-trasport  fuq l-art u anke il-loġistika fl-Ewropa. Is-sitwazzjoni inċerta u ta’ kunflitt li hemm fil-Lvant Nofsani li hi imprevedibbli u qiegħda tinbidel minn ħin għal ieħor, qiegħda twassal għal żieda fl-ispejjeż marbutin mat-trasport.  Jekk ikollok tieħu l-Ġermanja per eżempju,  li aħna minn hemm inġibu ħafna provvisti għax dan hu pajjiż li hu wieħed miċ-ċentri ewlenin tal-loġistika, naraw li hemmhekk diġa hemm operaturi stabbiliti u ewlenin li qegħdin iqajmu allarm. Qegħdin jitkellmu fuq żieda fil-prezzijiet tal-fjuwil u fir-rati tal-merkanzija, li se jogħlew minħabba li l-prezz taż-żejt tiela. Ma waqfux hemm imma qegħdin iqajmu l-argument li dawn  iż-żidiet u spejjeż żejda jistgħu jwasslu biex ċerti kumpaniji u operaturi jispiċċaw fi problemi finanzjari serji. Dan l-allarm mhux qegħdin narawh biss mill-Ġermanja imma anki minn pajjiżi oħra.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport