Monday, December 30, 2024

Il-Gwerra fl-Ukrajna: Kim Jong Un mistenni jiltaqa’ ma’ Putin sabiex jiddiskutu dwar l-armi 

Aqra wkoll

Iktar ma jgħaddi żmien, l-invażjoni ta’ bejn ir-Russja u l-Ukrajna qiegħda tkompli tiggrava. Dan hekk kif riċentament tħabbar li matul dan ix-xahar, il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un qiegħed jippjana li jivjaġġa lejn ir-Russja sabiex jiltaqa’ mal-President Vladimir Putin. 

Iż-żewġ mexxejja huma mistennija li jiddiskutu l-possibbiltà li l-Korea ta’ Fuq tipprovdi lil Moska bl-armi biex tappoġġja l-gwerra tagħha kontra l-Ukrajna. Il-laqgħa hija mistennija li ssir hekk kif il-White House qalet li għandha informazzjoni li n-negozjati dwar l-armi bejn iż-żewġ pajjiżi qed javvanzaw b’mod attiv.

Il-fatt li Putin u Kim Jong Un mistennija jiltaqgħu qed toħloq sitwazzjoni inkwetanti, fosthom minħabba li jaf ikun hemm il-possibiltà li Kim jista’ jagħmel talba lis-Sur Putin sabiex jipprovdilu teknoloġija u għarfien avvanzat tal-armi li jistgħu jkunu ta’ għajnuna kbira għalih.

Ekonomija

Sport