Monday, December 23, 2024

“Il-gwerra hija ġenn u l-vatikan lest jagħmel kollox biex tinkiseb il-paċi”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Dak li għaddej fl-Ukrajna mhuwiex operazzjoni militari, iżda gwerra”. Iddikjara dan il-Papa Franġisku hekk kif kompla biex jgħid li sfortuntament fil-pajjiż għaddejjin xmajjar ta’ dmija u dmugħ.

Franġisku sostna fid-diskors tiegħu għal dawk li nġabru biex jisimgħu fi pjazza San Pietru li din hija gwerra u li qiegħda twassal għal mewt, qerda u miżerja. “Il-gwerra hija ġenn, jekk jogħġobkom ieqfu”, tenna Franġisku.

Minkejja dan huwa jagħżel li jkompli jikkundanna l-invażjoni mingħajr ma jsemmi lir-Russja b’isimha.

Minflok fuq il-kundanna, Franġisku ffoka d-diskors tiegħu f’appell kontinwu għall-paċi, assistenzi umanitarji u negozjati.

Huwa żied jgħid li l-Vatikan lest li jagħmel minn kollox biex iservi ta’ pont għall-paċi bejn iż-żewġ pajjiżi.

Ekonomija

Sport