Friday, December 19, 2025

Il-GWU b’azzjoni ta’ saħħa u sigurtà favur il-ħaddiema ta’ Transport Malta

Aqra wkoll

It-Taqsima Marittima u Avjazzjoni fi ħdan il-General Workers’ Union ordnat lill-membri taghha fi Transport malta – Driver Testing & Training Unit – Floriana sabiex jillimitaw u jevitaw kwalunkwe kuntatt ma’ individwi li jġibu ruħhom b’mod aggressiv.

Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li l-GWU, b’mod ripetut, irċeviet diversi lmenti dwar instructors tal-karozzi li allegatament qed joffendu, jintimidaw u saħansitra jheddu lill-eżaminaturi tat-testijiet tal-vetturi tat-triq.

Is-Segretarju tat-Taqsima Jurgen Azzopardi qal li din l-imġiba hija kompletament inaċċettabbli u m’għandha l-ebda post fuq il-post tax-xogħol jew kontra kwalunkwe ħaddiem iehor. Huwa saħaq li s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema għandhom ikunu prijorità assoluta.

Għaldaqstant, it-Taqsima Marittima u Avjazzjoni ordnat lill-membri tagħha sabiex jirraportaw dawn l-inċidenti lill-awtoritajiet kompetenti u biex ma jikkomunikawx, ma jirkbux u ma jkollhom l-ebda kuntatt ma’ individwi li juru din it-tip ta’ mġiba. 

Il-GWU appellat ukoll lil Transport Malta sabiex tittieħed azzjoni immedjata u konkreta kontra dawk li jġibu ruħhom b’dan il-mod fil-konfront tal-ħaddiema tagħha kollha.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport