Thursday, December 26, 2024

Il-GWU bi ftehim kollettiv għall-ħaddiema ta’ Foster Clark

Aqra wkoll

Ftehim kollettiv li kien konkluż fil-jiem li għaddew għall-ħaddiema tekniċi, supervisors, store keepers u kontrolluri tal-kwalità tal-kumpanija Foster Clark se jtejjeb il-pagi u l-kundizzjonijiet tagħhom.

Dan il-ftehim kollettiv li kien iffirmat bejn il-maniġment tal-kumpanija u t-Taqsima GWU Ospitalita u Ikel hu meqjus bħala xiehda tal-fiduċja li fil-ħiliet tal-ħaddiema. Dan għaliex huwa strtturat b’mod li mhux biss jinċentiva imma wkoll jippremja l-ħiliet tal-ħaddiema.

Fil-fatt dan il-ftehim huwa mudell innovattiv li jiffoka fuq il-valur miżjud tal-ħaddiema u jagħti wkoll l-opportunita sabiex il-ħaddiema jibqgħu kontinwament jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom.

L-importanza ta’ dan il-ftehim bħala mudell toħroġ mill-fatt li l-industrija llum qed tagħraf dejjem iktar il-ħtieġa li tinvesti fir-riżors uman u fit-titjib tal-ħiliet.

Kien għalhekk f’dan il-kuntest li l-kumpanija Foster Clark Products Ltd u t-Taqsima Ospitalità u Ikel tal-GWU ħadmu flimkien biex dan il-ftehim kollettiv innovattiv ikun mibni fuq l-iżvilupp tal-ħaddiema.

L-iffirmar tal-ftehim sar minn Kenny Muscat – Segretarju tat-Taqsima Ospitalità u Ikel, Charles Vella – Viċi-President, Gabriel Pulliċino – Assistent Segretarju u Ray Ellul rappreżentant tal-ħaddiema għan-naħa tat-Taqsima Ospitalità u Ikel u minn Joseph Busuttil, Direttur Maniġerjali għall-kumpanija Foster Clark Products Ltd.

Ekonomija

Sport