Saturday, November 23, 2024

Il-GWU bi ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-kumpanija DHL

Aqra wkoll

Il-GWU flimkien mal-kumpanija DHL (Malta) iffirmaw ftehim kollettiv ġdid. Dan ġie ffirmat mis-Segretarju tat-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi Riccarda Darmanin flimkien mas-shopsteward Raymond Muscat.

Għall-kumpanija deher Charles Schiavone li hu l-manager tal-fergħa Maltija. Dan il-ftehim ġdid għal tliet snin huma riżultat ta’ taħditiet twal u diffiċli li se jwasslu għal titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema ta’ din il-kumpanija ta’ couriers. 

Darmanin ħadet l-okkażjoni sabiex trodd ħajr lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor ikkontribixxew sabiex jintlaħaq dan il-ftehim li se jkun ta’ benefiċċju għall-membri tal-Union u l-impjegati tal-kumpanija.

L-union irringrazzjat lill-impjegati membri tagħhom għall-fiduċja u l-appoġġ li taw meta unanimament ivvutaw għall-istess ftehim kollettiv li se jagħti aktar stabbiltà lill-ħaddiema kif ukoll ikompli jkabbar ir-relazzjoni tajba li l-General Workers Union għandha ma’ din il-kumpanija.

Sport