Saturday, October 26, 2024

Il-GWU bi ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-kumpanija Siegfried Malta Ltd.

Aqra wkoll

It-Taqsima GWU Metall u Kostruzzjoni ffirmat ftehim ġdid għall-ħaddiema tal-kumpanija Siegfried Malta Ltd, li jkopri l-perjodu ta’ tliet snin. B’dan il-ftehim, l-impjiegati se jibbenefikaw minn kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar, żieda fil-pagi u aktar miżuri “family-friendly”.

Iż-żewġ naħat qablu li jkun introdott “welfare fund” u sistema ta’ gradi aħjar li minnha jibbenefikaw il-ħaddiema kollha. Il-kumpanija se tkun qiegħda tipprovdi wkoll korsijiet ta’ taħriġ differenti biex l-impjegati jkomplu javvanzaw fil-karrieri tagħhom.

Il-ftehim ġie ffirmat minn Rombout van Herwijnen, General Manager ta’ Siegfried Malta Ltd, Louis Azzopardi – Kap tal-HR f’isem il-kumpanija filwaqt. Min-naħa tal-GWU ffirmaw is-Segretarju tat-Taqsima GWU Kimika u Enerġija Rita Dimech u s-Sur Mark Magro u s-Sur Etienne Borg bħala shop-stewards.

Sport