Saturday, July 26, 2025

Il-GWU b’tilwima industrijali mal-Awtorità tal-Artijiet

Aqra wkoll

It-Taqsima Gvern, Entitajiet Pubbliċi u Saħħa fi ħdan il-General Workers’ Union iddikjarat tilwima industrijali fil-konfront tal-Awtorità tal-Artijiet minħabba dewmien esaġerat għall-kontroproposti li t-Taqsima ssottomettiet lura f’Mejju. Dawn il-kontroproposti huma essenzjali biex jitkomplew id-diskussjonijiet għall-Ftehim Kollettiv li jmiss għall-ħaddiema tal-Awtorità. Dan id-dewmien esaġerat qed jikkawża tħassib u instabbilità fost il-membri tal-GWU, li qed jesprimu dejjem aktar in-nuqqas ta’ sodisfazzjon tagħhom bin-nuqqas ta’ progress.

Minkejja li saru diversi tentattivi, hekk kif il-GWU temmen li qegħdin qrib ħafna li jintlaħaq ftehim, xorta waħda ma ttieħdet l-ebda azzjoni effettiva min-naħa tal-Awtorità, u għalhekk il-GWU irreġistrat tilwima industrijali.

Il-GWU tirriserva d-dritt li tieħu l-azzjonijiet kollha kif meħtieġ fl-aħjar interess tal-ħaddiema membri tagħha.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport