Saturday, November 8, 2025

Il-GWU f’laqgħa mal-Assoċjazzjoni Maltija għall-Assikurazzjoni

Aqra wkoll

F’laqgħa li l-General Workers’ Union (GWU) kellha mal-Assoċjazzjoni Maltija għall-Assikurazzjoni ġiet diskussa l-importanza li persuna jkollha xi forma t’assikurazzjoni biex tkun protetta f’każ li jkollha xi problemi. Ġiet diskussa wkoll l-assikurazzjoni f’diversi oqsma bħalma huma t-traffiku, is-saħħa u l-pensjonijet. Dan fil-kuntest ta’ dak li qed jiġri wkoll f’pajjiżi oħra Ewropej u anke lil hinn. 

Id-delegazzjoni tal-GWU f’din il-laqgħa kienet immexxija mis-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja u kienet tinkludi wkoll lill-President Victor Carachi u d-Deputat Segretarju Ġenerali Kevin Camilleri. 

F’isem l-Assoċjazzjoni kien hemm Adrian J Galea – Direttur Ġenerali u Reuben Zammit – Kap Eżekuttiv IVALIFE Insurance Limited. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport