Saturday, December 21, 2024

Il-GWU f’laqgħa mal-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi

Aqra wkoll

Ilbieraħ saret l-ewwel laqgħa uffiċjali bejn il-kumitat għall-Uffiċjali Korrettivi fi ħdan il-General Workers’ Union (GWU) u l-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi Robert Brincau.

Is-Segretarju tat-taqsima Korpi Dixxiplinati, Uffiċjali tas-Sigurtà u Infurzar tal-Liġi fi ħdan il-GWU Theo Vella saħaq kemm huwa importanti li dak kollu li nbena fl-aħħar snin flimkien mal-amministrazzjoni mmexxija mill-Kurunell Alex Dalli għandu jiġi konservat u jekk possibbli msaħħaħ.

Il-laqgħa saret ġewwa l-Workers Memorial Building, il-Belt Valletta, fejn ġew diskussi diversi temi relatati max-xogħol tal-uffiċjali konċernati. Fost it-temi diskussi kien hemm il-fattur li l-uffiċjali korrettivi għandhom dejjem isibu l-appoġġ sħiħ tal-amministrazzjoni biex jaqdu d-doveri tagħhom f’serenità. 

Ġie nnutat li x-xogħol ta’ Uffiċjal Korrettiv mhux wieħed faċli u jkun hemm ċirkostanzi fejn huwa wkoll perikoluż. Intqal li huwa imperattiv li m’għandna qatt immorru lura meta l-uffiċjal la kien protett u wisq anqas rispettat.

L-unjin qalet li lesta toffri l-istess koperazzjoni hekk kif għamlet mat-tmexxija preċedenti u dan tibqa’ tagħmlu sakemm l-uffiċjali jkunu protetti u rispettati mill-istess awtorità.

Ekonomija

Sport