Wednesday, November 5, 2025

Il-GWU f’laqgħa mal-KSU

Aqra wkoll

F’laqgħa li kellha l-General Workers Union mal-Kunsill Studenti Unversitarji (KSU) kien hemm qbil li ż-żewġ naħat jaħdmu flimkien biex ikabbru l-għarfien dwar ir-relazzjonijiet industrijali u l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema fil-postijiet tax-xogħol. 

Fil-laqgħa, is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja spjega fid-dettall il-ħidma li l-GWU tagħmel ta’ kuljum biex mhux biss tipproteġi imma wkoll issaħħaħ il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema membri tagħha. 

Bugeja tenna wkoll li l-ħidma tal-GWU mhijiex biss fix-xena lokali imma wkoll fil-qasam internazzjonali bis-sehem tagħha fl-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), fil-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (ETUC) u fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

Min-naħa l-oħra, ir-rappreżentanti tal-KSU tkellmu dwar diversi temi li jolqtu lill-istudenti fosthm il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja (worklife balance) u t-titjib fil-ħiliet meta jiġu biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol.

Fi tmiem il-laqgħa, iż-żewġ naħat qablu li jkomplu d-diskussjonijiet bejniethom fuq aktar inizjattivi ta’ interess għaż-żewġ naħat. 

Preżenti f’isem il-KSU kien hemm il-President Gerard Zammit Young, il-Viċi President għall-Affarijiet Interni Jan Pruschek u l-Uffiċjal tal-Politika Soċjali Michael Spiteri. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport