Friday, December 13, 2024

Il-GWU f’laqgħa mal-Ministru Clint Camilleri

Aqra wkoll

Il-General Workers’ Union kompliet għaddejja b’aktar laqgħat ma’ Ministri tal-Kabinett biex tiddiskuti materji ta’ interess nazzjonali partikolarment dawk li jolqtu direttament lill-ħaddiema fis-setturi kollha tal-ekonomija. 

Fost is-sensiela ta’ laqgħat li saru s’issa l-GWU kellha laqgħa wkoll mal-Ministru għal għal Għawdex Clint Camilleri fejn ġew diskussi materji ta’ natura aktar ħolistika partikolarment ir-relazzjoni fuq Għawdex bħala gżira li għandha potenzjal qawwi ta’ investiment.

Preżenti għal laqgħa f’isem il-GWU kien hemm is-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja, id-Deputat Segretarju Ġenerali Kevin Camilleri u s-Segretarju tat-Taqsima Korpi Dixxiplinati, Uffiċjali tas-Sigurtà u tal-Infurzar tal-Liġi Theo Vella. 

Ekonomija

Sport