Saturday, December 28, 2024

Il-GWU f’laqgħa mal-Ministru Julia Farrugia Portelli

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Inklużjoni, l-Għaqdiet Volontarji u d-Drittijiet tal-Konsumatur, Julia Farrugia Portelli ltaqgħet mal-amministrazzjoni tal-General Workers Union immexxija mis-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja. 

Fost is-suġġetti li kienu diskussi kien hemm l-importanza li jiżdied l-għarfien fuq il-postijiet tax-xogħol dwar id-diżabilitjiet diversi li ħaddiema jistgħu jaffaċċjaw. Dan jgħin biex il-postijiet tax-xogħol ikunu aktar inklussivi. Matul il-laqgħa ż-żewġ naħat qablu dwar l-importanza li jkomplu jkunu mħarsa d-drittijiet li għandhom il-konsumaturi.

Kien diskuss ukoll id-determinazzjoni tal-Gvern li jibqa’ jkun ta’ spalla għall-għaqdiet volontarji, biex dawn ikunu jistgħu jibqgħu fic-ċentru tal-lokalitajiet tagħna u jkunu ta’ sapport għall-eluf ta’ benefiċċjarji.

Ekonomija

Sport