Sunday, March 15, 2026

Il-GWU flimkien mal-Gvern tassisti ħaddiema ta’ Aviation Cosmetics

Garanzija lill-ħaddiema li se jkunu qegħdin jitħallsu u ħadd mhu se jitlef xogħolu

Aqra wkoll

It-Taqsima Marittima u Avjazzjoni fi ħdan il-General Workers’ Union tinsab f’diskussjonijiet kontinwi mal-Ministeru għall-Ekonomija, Intrapriża u Proġetti Strateġiċi fejn il-Ministru Silvio Schembri ta assigurazzjoni lit-Taqsima li l-ħaddiema mal-Aviation Cosmetics se jitħallsu l-pagi dovuti lilhom u kif ukoll se jkun qed jiggarantilhom l-impjieg.

Is-Segretarju tat-Taqsima Marittima u Avjazzjoni, Jurgen Azzopardi, qal li wara li ġie avviċinat mill-ħaddiema, fejn saħansitra kienu ilhom minn Jannar ma jirċievu l-pagi tagħhom, it-Taqsima ħadet azzjonijiet immedjata fosthom daħħlet rikors urġenti fil-Qorti sabiex il-flus meħtieġa għall-pagi tal-ħaddiema jiġu rilaxxati u infurmat ukoll id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjiegi (DIER).

Intant it-Taqsima daħlet f’diskussjonijiet mal-Ministeru għall-Ekonomija, Intrapriża u Proġetti Strateġiċi fejn il-Ministru Silvio Schembri ta garanzija li l-ħaddiema se jkunu qegħdin jitħallsu l-pagi kollha, filwaqt li qed jiggarantilhom l-impjieg tagħhom. Il-Ministru informa wkoll lit-Taqsima li hemm aktar minn investitur wieħed interessat fil-kumpanija. Investituri li huma lesti jieħdu l-operat kollu inkluż il-ħaddiema.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport