Thursday, March 26, 2026

Il-GWU impenjata li tassisti lill-ħaddiema tal-kumpanija tal-logħob Aristocrat Interactive

Aqra wkoll

It-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi fi ħdan il-GWU bħalissa tinsab għaddeja b’ħidma intensiva, bl-appoġġ tal-avukati tagħha, sabiex tassisti lill-ħaddiema tal-kumpanija Aristocrat Interactive hekk kif ħabbret li se twaqqaf l-operat tagħha f’Malta sal-aħħar tas-sena, bi proċess li mistenni jibda minn Ġunju.

Is-Segretarju tat-Taqsima, Riccarda Darmanin, qalet li l-prijorità immedjata u assoluta tal-GWU hija l-benesseri tal-120 ħaddiem milquta u tal-familji tagħhom. Hija spjegat li, ladarba l-ħaddiema talbu l-għajnuna, it-Taqsima daħlet fi proċess ta’ konċiljazzjoni mal-kumpanija sabiex, bl-għajnuna legali, tinnegozja l-aħjar pakkett possibbli f’dawn iċ-ċirkostanzi diffiċli.

“Il-GWU se tkompli tkun impenjata li tassisti lill-ħaddiema kollha milquta f’dak kollu li jeħtieġu, filwaqt li tgħinhom ukoll jesploraw opportunitajiet għal impjieg alternattiv,” temmet tgħid Riccarda Darmanin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport