Saturday, November 23, 2024

Il-GWU ma titħalliex tattendi għal laqgħa fl-uffiċini tal-Malta Air minkejja li l-maġġoranza tal-ħaddiema membri tagħha

Aqra wkoll

YouTube video

Minkejja li ma tħallietx tattenti għal laqgħa fl-Uffiċni tal-Malta Air fl-Imrieħel, il-General Workers’ Union se tkompli tagħmel ħilitha kollha biex tassigura li jkunu mħarsa kif jixraq id-drittijiet tal-ħaddiema tal-Malta Air.

Dan qalu s-Segretarju tat-Taqsima GWU Marittima u Avjazzjoni Sandro Vella f’kummenti lil Inewsmalta wara li llum il-GWU ma tħallietx tattendi għal laqgħa fl-uffiċini tal-Malta Air fl-Imrieħel.

Vella żied jgħid lil-GWU fl-istess ħin se tkun dejjem lesta u disposta li tiltaqa’ madwar il-mejda u tiddiskuti mal-maniġment bil-għan li jinstabu soluzzjonijiet u ma jkunx hemm il-ħtieġa ta’ telfien ta’ impjiegi.

Ir-raġuni li ngħatat kienet minħabba li l-kumpanija qed tgħid li l-GWU m’għandhiex ir-rikonoxximent trejdunjonistiku. Minkejja dan, Vella qed isostni li l-GWU għandha l-maġġoranza tal-ħaddiema membri tagħha illi ġew bi ħġarhom u minn jeddhom jitolbu li jkunu rappreżentati mill-Unjin. 

Ftit tal-jiem ilu l-linja tal-ajru Malta Air, sussidjarja tal-kumpanija Ryanair, ħabbret illi kienet se tittermina l-impjieg ta’ 40 ħaddiem b’effett mit-30 ta’ Ġunju li ġej minħabba l-effetti tal-Covid-19. 

Sport