Saturday, December 21, 2024

Il-GWU mal-milja tas-snin (2)

Aqra wkoll

Wara li stabbiliet ruħha bħala trejdunjin, u sussegwentement l-ikbar organizzzjoni tal-ħaddiema li qatt kien hawn f’pajjiżna, il-GWU għarfet li organizazzjoni kbira u dinamika ma tistax timxi ‘l quddiem u temanċipa lilha nnifisha jekk tibqa iżolata u tkun biss organizzjoni lokali.

B’dan il-ħsieb f’moħħha, u fl-aħjar interess tal-ħaddiema Maltin, partikularment tal-imseħbin tagħha, il-GWU ftit iktar minn sentrjn wara li twaqqfet fil-5 ta’ Ottubru 1943, issieħbet fil-World Federation of Trade Unions (WFTU). B’din is-sħubija, il-GWU laħqet l-għan li tkun parteċipi attiva fil-kommunita internazzjonali ta’ trejdunjins ħielsa u demokratiċi.

Wara inkwiet politiku li feġġ u li wassal biex fired f’żewġ fazzjonijiet il-WFTU, il-GWU kienet fost l-organizzjonijiet tal-ħaddiema minn 55 pajjiz differenti li flimkien ingħaqdu sabiex ħolqu l-Konfederazzjoni Internazzjonali tat-Trejdunjins Ħielsa (ICFTU) f’Diċembru tal-1949. B’hekk il-GWU mhux biss kienet imsieħba minn tal-bidu f’din il-konferazzjoni dinjija imma wkoll fundatriċi tagħha.

Is-sħubija tal-GWU fl-ICFTU kienet pruvata mhux biss bħala waħda prestiġjuża imma wkoll essenzjali sabiex setgħet tibni l-kwartieri tagħha fejn jinsabu llum fil-Workers Memorial Building il-Belt Valletta, tant li din il-Konfederazzjoni internazzjonali għenet finanzjarjament b’self lill-GWU. Fil-fatt, l-ewwel ġebla tal-kwartieri l-ġodda tal-unjin tqegħdet fl-1960 minn J.H Oldenbroeck, dak iż-żmien Segretarju Ġenersli ta’ din il-konfederazzjoni internazzjonali.

Ekonomija

Sport