Saturday, December 14, 2024

IL-GWU … NIBNU FUTUR AĦJAR

Aqra wkoll

Il-General Workers’ Union illum se tagħti bidu għall-konferenza internazzjonali, li hija mifruxa fuq jumejn, li taħbat fit-80 anniversarju mit-twaqqif tagħha, bit-tema Nibnu Futur Aħjar.

Il-GWU minkejja li ilha 80 sena ħajja baqgħet l-ikbar organizzazzjoni tal-ħaddiema f’pajjiżna. Il-prinċipji li fasslet mat-twelid tagħhom għadhom hemmhekk sal-lum u jinbidel biss il-proċess ta’ kif dawn il-prinċipji jitwettqu.
Minkejja li l-union ilha 80 sena teżisti, baqgħet dejjem komepetenti, konsistenti u kredibbli. Il-kisbiet kbar li għamlet il-GWU f’oqsma diversi għas-soċjetà Maltija matul is-snin li ilha teżisti mhux biss qawwewha u sawwruha fl-ikbar forza tal-ħaddiema f’pajjiżna imma wkoll ħallew marka soċjali, politika u ekonomika fil-ħajja tal-Maltin.

Kemm dawn il-kisbiet kienu kbar u kruċjali ġew mistqarra u magħġunin fil-ħsieb u l-fehma ta’ perunaġġi prominenti f’pajjiżna. It-twaqqif tal-GWU mhux biss kien storiku u sinjifikanti imma saħansitra t-twaqqif tagħha kienet l-akbar ġrajja li seħħet f’Ottubru tan-1943 fl-eqqel tat-Tieni Gwerra Dinjija.

Il-GWU mhux biss hija l-vuċi tal-ħaddiema f’pajjiżna imma anke fix-xena internazzjonali. Biss biss, il-GWU tirrappreżenta lill-ħaddiema Maltin fl-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol (ILO).

Tajjeb infakkru ukoll li l-GWU ma kinitx involuta biss fin-negozjar u t-titjib tal-kjundizzjonijiet tal-aħddiema imma kienet protagonista wkoll fl-avvanzi u l-emanċipazzjoni tal-Maltin fl-oqsma soċjali, politiċi u ekonomiċi tal-pajjiż.
Il-kisbet li wettqet il-Union fl-imgħoddi għadhom prevalenti sal-lum. Hekk insibu li l-GWU kienet l-ewwel li pprattikat il-prinċipju tal-ugwaljanza meta tat pagi ndaqs lill-impjegati rġiel u nisa tagħha. B’hekk serviet ta’ eżempju lill-kumpaniji oħra biex huma wkoll iwettqu dan il-prinċipju.

Fil-qasam politiku, il-GWU lejn l-aħħar tas-snin erbgħin ssieltet bis-sħiħ biex id-dritt tal-vot jitwessa’ u ma jibqax aktar dritt biss tal-irġiel għonja u tas-sidien tal-propjetà. B’hekk u minn dakinhar, iddaħħal id-dritt universali tal-vot li wassal biex in-nisa wkoll jingħataw dak id-dritt u jkunu wkoll parteċipi fid-demokrazija ta’ pajjiżna.

Għalhekk din il-konferenza għandha tkompli timmarka episodju ieħor storiku fl-istorja glorjuża tal-GWU

Ekonomija

Sport