Saturday, December 14, 2024

Il-GWU rikonoxxuta bħala l-unika unjin li tirrappreżenta lill-impjegati tal-ARB

Aqra wkoll

Il-General Workers’ Union ġiet rikonoxxuta bħala l-unika unjin li tirrappreżenta lill-impjegati tal-Asset Recovery Bureau u s-Senior Managers ta’ Residency Malta għall-finijiet ta’ negozjar kollettiv.

Dan irriżulta wara proċess ta’ verifika mid-DIER fir-rigward tat-talba li għamlet il-GWU sabiex tingħata rikonoxximent ewlieni li għandha l-maġġoranza tal-impjegati (eskużi t-top management) ingaġġati mal-Asset Recovery Bureau kif ukoll għas-Senior Managers ta’ Residency Malta.

Dan l-eżerċizzju seħħ wara li d-Dipartiment ġie nfurmat li fil-preżent ma kien hemm l-ebda unjin li tirrappreżenta lill-impjegati ngaġġati mal-imsemmija entitajiet pubbliċi.

Ekonomija

Sport