Saturday, December 21, 2024

Il-GWU se tkun qed tgħin legalment lill-11-il membru tal-AFM b’rabta mal-allegazzjoni ta’ qtil volontarju

Aqra wkoll

Il-General Workers Union (GWU), permezz tat-Taqsima Forzi Dixxiplinati, Uffiċjali tas-Sigurtà u tal-Infurzar tal-Liġi, se tkun qed tassisti u tgħin legalment lill-11-il membru tal-ekwipaġġ ta’ P52. Dan fid-dawl tas-sitwazzjoni li fil-konfront tagħhom saru allegazzjonijiet li wettqu qtil volontarju b’rabta ma’ ħames katavri ta’ mmigranti li nstabu mejtin fuq dgħajsa.

Dr Herman Mula se jkun qed jaghti l-assistenza legali lill-11 il-membru tal-AFM li se jkunu qed jiġu investigati fl-inkjesta Maġisterjali. Il-GWU qalet li hi tinsab konvinta li “dawn is-suldati ghamlu d-doveri taghhom b’onesta’ u integrità.

L-Unjon appellat lill-poplu Malti biex jagħti l-appoġġ morali tiegħu lil dawn il-ħaddiema u l-familji tagħhom.

Ekonomija

Sport