Fl-okkażjoni tal-Pink October li qed jitfakkar matul dan ix-xahar, il-GWU ppreżentat donazzjoni lill-Fondazzjoni Marigold sabiex din tkompli ssaħħaħ il-kampanja tagħha ta’ għarfien dwar il-mard tal-kanċer tas-sider fin-nisa.

Il-kampanja ta’ għarfien li tibqa sejra matul ix-xahar ta’ Ottubru għandha l-importanza tagħha billi l-għarfien u l-edukazzjoni huma l-ewwel pass lejn il-prevenzjoni ta’ din marda fost in-nisa.

Id-donazzjoni ta’ flus saret mid-Deputat Segretarju Ġenerali tal-GWU, Kevin Camilleri lis-Sinjura Michelle Muscat, Chairperson u fundatriċi tal-Fondazzjoni Marigold.

Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm ukoll il-President tal-GWU, is-Sur Victor Carachi kif ukoll segretarji ta’ diversi taqsimiet tal-Union u uffiċjali oħra.