Thursday, August 28, 2025

Il-GWU taqbel li għandhom jissaħħu l-pieni għal min isuq xurban jew taħt l-effett tad-droga

Aqra wkoll

Il-General Workers’ Union (GWU) taqbel mal-aħbar maħruġa mill-Gvern dwar l-emendi legali proposti biex jissaħħu l-pieni għal min isuq xurban jew taħt l-effett tad-droga. Fosthom li l-Qorti mhux se jkollha iżjed l-għażla li tagħti sentenzi sospiżi, iżda pieni ta’ ħabs effettivi, anke jekk jinstab li l-qtil ikun wieħed involontarju.

“Mhuwiex xieraq u ġust li għall-kapriċċi ta’ ħaddieħor, wieħed jitlef ħajtu. Rajna wisq imwiet aċċidentali fit-toroq tagħna, fejn uħud ħareġ li fil-ħin tal-aċċident kienu taħt l-effett tal-alkoħol jew droga. Kien jeħtieġ li fil-pajjiż tiddaħħal kultura ta’ dixxiplina u li jkollu riforma b’saħħitha fil-każ ta’ aktar deterrenti għal min isuq b’mod irresponsabbli u għalhekk ikun ta’ periklu għalih u għal ħaddieħor, aktar u aktar jasal jikkawża mewt,” saħaq is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja.

Huwa żied jgħid li jeħtieġ ukoll li jsiru aktar road blocks fit-toroq f’ħinijiet diversi, li matulhom kif ġie mħabbar isir l-ittestjar għad-drogi u/jew l-alkolħol b’mod sporadiku, anke mingħajr suspett raġjonevoli jew ordni tal-Qorti.

Dan kollu se jgħin għal bidla fil-mentalità tas-sewwieqa għal aktar dixxiplina u sigurtà fit-toroq tagħna.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport