Saturday, December 21, 2024

Il-GWU tiddikjara tilwima industrijali mal-WasteServ rigward nuqqas ta’ għoti ta’ lbies protettiv

- B'referenza għall-ħaddiema fil-Faċilità għall-Immaniġġjar tal-Iskart fil-Magħtab

Aqra wkoll

 It-Taqsima Ospitalità u Ikel fi ħdan il-General Workers’ Union irreġistrat tilwima industrijali mal-WasteServ minħabba li l-kumpanija ma pprovditx it-tagħmir approprjat lill-ħaddiema tagħha fil-Faċilità għall-Immaniġġjar tal-Iskart fil-Magħtab.

It-Taqsima waslet biex tirreġistra din it-tilwima mad-DIER wara diversi tentattivi li għamlet mal-maniġment tal-kumpanija biex jagħtu l-uniformi tas-sajf lill-ħaddiema li huma kostretti jaħdmu f’dawn it-temperaturi għoljin bl-uniformi tax-xitwa. It-Taqsima ma ngħatat l-ebda tweġiba lura mill-maniġment tal-WasteServ.

Is-Segretarju tat-Taqsima, Kevin Abela qal li: “is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol huma ta’ prijorità għalina. Bħala parti minn dan il-proċess il-ħaddiema li jaħdmu fuq barra għandhom jingħataw ilbies protettiv adegwat għax-xemx u s-sħama. Il-GWU ma kellix triq oħra ħlief li tirreġistra tilwima industrijali li tista’ twassal għall-azzjonijiet industrijali.”

Ekonomija

Sport