It-Taqsima Korpi Dixxiplinati, Uffiċjali tas-Sigurtà u Infurzar tal-liġi fi ħdan il-General Workers’ Union ferħet u awgurat kull suċċess lit-80 suldat ġdid li lbieraħ ingħaqdu mal-kumplament tal-Forzi Armati ta’ Malta. “Grazzi mill-qalb li għażiltu li sservu lill-pajjiżna fis-settur tas-sigurtà li tant huwa importanti.”
Il-GWU qalet li se tibqa’ impenjata biex b’koperazzjoni sħiħa mal-amministrazzjoni tal-FAM u l-Gvern ikomplu jaħdmu biex itejbu aktar il-kundizzjonijiet, inkluż il-pakkett finanzjarju tas-suldati kollha.