Bħal kull sena l-General Workers’ Union ħasbet li tikkontribwixxi fl-inizjattiva mmexxija minn Dott. Lydia Abela, ‘Rigal bi Mħabba’ permezz ta’ għotja ta’ rigali.
“F’dan iż-żmien ta’ festi filwaqt li nawguraw il-Milied u s-Sena l-Ġdida tajba lil kulħadd, inħeġġu lin-nies imorru jpoġġu rigal għat-tfal inqas ixxurtjati biex kulħadd igawdi matul dan iż-żmien sabiħ tal-festi.” – GWU

