Il-General Workers’ Union ikkundannat it-theddid li sar fil-konfront tal-ġurnalist u editur tat-TORĊA Victor Vella. Filwaqt li esprimiet solidarjetà assoluta miegħu, il-GWU qalet li mhux aċċettabbli li f’soċjetà demokratika, ikun hemm theddid għax dak li jkun ma jaqbilx mal-opinjoni ta’ ġurnalist. L-union temmet tagħti l-appoġġ sħiħ tagħha lil Victor Vella u lill-familja tiegħu.
L-Union Print tikkundanna theddid fuq Victor Vella
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Union Print Omar Vella qal li bħala kumpanija jikkundannaw kwalunkwe aġir ta’ theddid u kull forma ta’ restrizzjoni f’dak li huwa rappurtaġġ ġurnalistiku. Qal li l-ġurnalist m’għandux ikun imxekkel f’xogħlu b’dawn il-forom ta’ theddid.