Wednesday, December 10, 2025

Il-GWU tikseb ir-rikonoxximent ewlieni tal-impjegati ngaġġati ma’ Lewis Press Ltd.

Aqra wkoll

Il-General Workers’ Union permezz tat-Taqsima Teknoloġija, Elettronika u Komunikazzjoni kisbet ir-rikonoxximent ewlieni tal-impjegati ngaġġati ma’ Lewis Press Ltd. fil-gradi ta’ Operators, Assistant Operators, Team Leaders, Drivers, Storekeepers, Handymen, Quality Control Assistants u Quality Coordinators.

Dan l-eżerċizzju seta’ jsir wara li l-maġġoranza tal-impjegati huma membri mal-GWU u ntalbet verifika mid-DIER. Rikonoxximent li ngħata wara l-proċess ta’ verifika mid-DIER fejn ikkonkluda li l-maġġoranza tal-impjegati ngaġġati huma membri tal-GWU.

F’kumment li ta s-Segretarju tat-Taqsima David Darmanin huwa saħaq li l-pass li jmiss hu li jibdew in-negozjati għal Ftehim Kollettiv bil-għan li jitjiebu l-kundizzjonijiet ta’ dawn il-ħaddiema nkluż il-pakkett finanzjarju.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport