Saturday, September 13, 2025

Il-GWU tikseb ir-rikonoxximent ewlieni tal-impjegati ngaġġati ma’ Pax et Bonum Care Home

Aqra wkoll

Il-General Workers’ Union permezz tat-Taqsima Gvern, Entitajiet Pubbliċi u Saħħa kisbet ir-rikonoxximent ewlieni tal-impjegati ngaġġati ma’ Pax et Bonum Care Home.

Dan l-eżerċizzju seta’ jsir wara li l-maġġoranza tal-impjegati ssieħbu membri mal-GWU u ntalbet verifika mid-DIER. Rikonoxximent li ngħata wara l-proċess ta’ verifika mid-DIER fejn ikkonkluda li l-maġġoranza tal-impjegati ngaġġati huma membri tal-GWU.

F’kumment li ta s-Segretarju tat-Taqsima Kendrick Bondin huwa saħaq li l-pass li jmiss hu li jibdew in-negozjati għal Ftehim Kollettiv bil-għan li jitjiebu l-kundizzjonijiet ta’ dawn il-ħaddiema nkluż il-pakkett finanzjarju.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport