Wednesday, June 11, 2025

Il-GWU tikseb rikonoxximent tal-ħaddiema fil-gradi ta’ Senior Managers, Managers u Coordinators f’Tech.mt

Aqra wkoll

It-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi fi ħdan il-GWU kisbet l-għarfien uffiċjali f’Tech.mt. 

Dan l-eżerċizzju seta’ jseħħ wara li l-ħaddiema fil-gradi ta’ Senior Managers, Managers u Coordinators għarfu l-benefiċċji li jissieħbu fl-akbar unjin tal-pajjiż.

Ir-rikonoxximent ngħata wara l-proċess ta’ verifika mid-DIER li kkonkluda li dawn il-ħaddiema kollha fil-gradi msemmija huma membri mħallsa tal-Union.

Il-pass li jmiss hu li jibdew in-negozjati mal-maniġment għal Ftehim Kollettiv ġdid bil-għan li jitjiebu l-kundizzjonijiet ta’ dawn il-ħaddiema.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport