Wednesday, December 25, 2024

Il-GWU tikseb rikonoxximent tal-impjegati li jaħdmu fis-settur tal- printing grades mal-Government Printing Press

Aqra wkoll

Il-General Workers’ Union permezz tat-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi kisbet ir-rikonoxximent ewlieni tal-impjegati ngaġġati fil-printing grades mal-Government Printing Press.

Dan ir-rikonoxximent ngħata wara l-proċess ta’ verifika mid-DIER li kkonkluda li l-maġġoranza assoluta tal-ħaddiema huma membri mħallsa tal-Union.

Dan l-eżerċizzju sar wara li d-Dipartiment ġie nfurmat li l-maġġoranza tal-ħaddiema għarfu l-benefiċċji li jissieħbu fl-akbar unjin tal-pajjiż.

Il-pass li jmiss hu li jibdew in-negozjati mal-maniġment għal Ftehim Settorjali ġdid bil-għan li jitjiebu l-kundizzjonijiet ta’ dawn il-ħaddiema.

Ekonomija

Sport