It-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi fi ħdan il-General Workers’ Union kisbet ir-rikonoxximent uffiċjali bħala r-rappreżentant tan-non educational warranted professionals gewwa l-MCAST.
Dan l-eżerċizzju seta’ jseħħ wara li l-ħaddiema fil-gradi ta’ Periti u Inġiniera għarfu l-benefiċċji li jissieħbu fl-akbar unjin tal-pajjiż. Ir-rikonoxximent ngħata wara l-proċess ta’ verifika mid-DIER li kkonkluda li dawn il-ħaddiema kollha huma membri mħallsa tal-Union.
Is-Segretarju tat-Taqsima Riccarda Darmanin irringrazzjat lil dawn il-membri tal-fiducja li urew fil-GWU u stqarret li l-pass li jmiss hu li jibdew in-negozjati mal-maniġment għal Ftehim Kollettiv ġdid bil-għan li jitjiebu l-kundizzjonijiet ta’ dawn il-ħaddiema.